Knejjes u Kappelli
Kappella ta’ San Osvaldu
Din il-kappella, li kienet iddedikata lil San Osvaldu fl-Isptar tal-Imtarfa, inbniet mill-Ingliżi u nżammet fi stat tajjeb. Illum il-ġurnata taqdi lir-residenti tal-Imtarfa għall-attivitajiet reliġjużi tagħhom. Il-kappella fiha artal wieħed biss.
Kappella ta’ Santa Luċija
Din il-kappella nbniet fis-sena 1500 mill-familja Darmanin mill-Birgu. L-Isqof Dusina żar il-kappella fis-sena 1575 – 10 snin wara l-Assedju l-Kbir. Hija tinsab fuq “Wied il-Qlejgħa” wieħed mill-isbaħ widien li jeżistu f’Malta. Fil-fatt tista' tara l-veduta sew miż-zuntier tal-kappella. Il-festa ta’ Santa Luċija tiġi iċċelebrata fit-13 ta’ Diċembru.